Buzek se jwettaq żjara uffiċjali f' Malta fl-24 u l-25 ta' Jannar 2011
Il-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek se jwettaq żjara uffiċjali f'Malta nhar it-Tnejn 24 u t-Tlieta 25 ta' Jannar 2011.
Il-President tal-PE Buzek se jkollu laqgħat mal-iSpeaker tad-Kamra tar-Rappreżentanti Michael Frendo, il-President ta' Malta Dr. George Abela u l-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Il-President Buzek se jindirizza lill-Parlament Ewropew u se jkollu skambju ta' fehmiet mal-Kumitat Malti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej. Se jiltaqa' wkoll mal-mexxej tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat.
Il-President se jżur ukoll iċ-Ċentru Miftuħ għall-immigranti f'Ħal Balzan u se jkollu serje ta' laqgħat mas-soċjetà ċivili.
F'taħdita qabel iż-żjara tiegħu, il-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek stqarr:
"Minkejja ċ-ċokon tal-pajjiż, il-kapaċità ta' Malta u tal-MEPs Maltin li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet fuq livell Ewropew hija ferm akbar milli mistenni. Malta kienet fost l-aħħar Stati Membri tal-UE li ntlaqtet mir-riċessjoni u fost l-ewwel li ħarġet minnha, ħaġa li dwarha l-gvern u ċ-ċittadini Maltin għandhom għax ikunu kburin. Aħna qed naffaċċjaw sfidi komuni - iż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali tal-ikel u ż-żejt, l-immigrazzjoni, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Il-preokkupazzjonijiet ta' Malta huma l-preokkupazzjonijiet tal-Ewropa."




















