Traineeships bi ħlas u oħrajn mingħajr ħlas mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta

Żgħażagħ li jixtiequ jtejbu l-għarfien tagħhom dwar l-Unjoni Ewropea jistgħu japplikaw għal traineeships bi ħlas u oħrajn mingħajr ħlas mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. Min jintgħażel ikun parti minn tim ibbażat f'Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta, li xogħolu huwa li jispjega x'inhu r-rwol tal-Parlament Ewropew liċ-ċittadini Maltin u kif dan jaffettwahom.

Traineeships mal-Parlament Ewropew 
Traineeships mal-Parlament Ewropew

Gradwati mill-università li jixtiequ jibnu fuq dak li tgħallmu matul is-snin ta' studju jistgħu japplikaw għal traineeships bi ħlas mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. Min diġa ggradwa jista' japplika għal traineeships bi ħlas li l-Parlament Ewropew qed joffri għal perjodi ta' ħames xhur, msejħa General Option jew Journalism Option (Schuman Scholarships). Min ikun qiegħed fi traineeship bi ħlas mal-Parlament Ewropew tipikament jitħallas bejn wieħed u ieħor €700 fix-xahar.
Traineeships mingħajr ħlas jingħataw għal perjodu ta' bejn xahar u erba' xhur, u huma ideali għal studenti undergraduate mill-Università ta' Malta jew min jattendi xi kulleġġ tekniku jew vokazzjonali (bħall-MCAST u l-ITS) u jixtieq isir jaf aħjar kif taħdem l-Unjoni Ewropea filwaqt li jtejjeb l-curriculum vitae.
Fil-każ tat-traineeships mingħajr ħlas, tingħata preferenza lil studenti li jkollhom bżonn jagħmlu żmien ta' taħriġ prattiku bħala parti mill-kors tagħhom.
Kull min jixtieq jidħol fil-lista ta' trainees li jmiss għandu japplika qabel l-1 ta' Ottubru 2009 sa nofsillejl għal traineeships mingħajr ħlas u sal-15 ta' Ottubru 2009 sa nofsillejl fil-każ ta' traineeships bi ħlas (ara t-tabelli t'hawn taħt).
F'kull każ, min japplika għandu jkun jaf jikkomunika tajjeb bil-Malti u bl-Ingliż. Min jixtieq japplika sew għal traineeships bi ħlas kif ukoll għal dawk mingħajr ħlas huwa mħeġġeġ biex ma jħallix għall-aħħar. Żgħażagħ li jixtiequ japplikaw għal traineeships f'Uffiċċji tal-Parlament Ewropew fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jistgħu japplikaw bl-istess mod.


Traineeships bi ħlas (tul ta' żmien: 5 xhur)

Bidu tat-traineeship      Perjodu tal-Applikazzjoni

1 ta' Marzu               15 ta' Awissu sal-15 ta'Ottubru (nofsillejl)
1 ta' Ottubru             15 ta' Marzu sal-15 ta' Mejju (nofsillejl)


Traineeships mingħajr ħlas (tul ta' żmien: 4 xhur l-aktar)

Bidu tat-traineeship       L-applikazzjonijiet jistgħu jitbagħtu sa:

1 ta' Jannar                 1 ta' Ottubru
1 ta' Mejju                  1 ta' Frar
1 ta' Settembru           1 ta' Ġunju

L-applikazzjonijiet, iridu jsiru permezz tas-sistema ta' għażla ċentrali tal-Parlament Ewropew u mhux direttament lill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. Min japplika għandu jindika 'Directorate-General for Communication' bħala d-dipartiment ta' preferenza kif ukoll 'Valletta' bħala l-post ta' preferenza fejn jixtieq jaħdem.
L-applikanti jistgħu isegwu l-link "traineeships" fuq il-website lokali www.europarlmt.eu jew imorru direttament fuq il-link:
http://www.europarl.europa.eu/parliament/public/staticDisplay.do?language=EN&id=147


 .