Il-Premju tal-Parlament Ewropew għall-Ġurnaliżmu
Fl-2009, il-Parlament Ewropew se jagħti Premju għall-Ġurnaliżmu għat-tieni darba konsekutiva. Dan ser jingħata lil ġurnalisti li ittrattaw temi Ewropej jew ħadmu biex il-pubbliku jkun mgħarraf aħjar dwar istituzzjonijiet jew politika Ewropea permezz ta' xogħolijiet minn tagħhom.
Se jkun hemm erba' kategoriji differenti: stampa miktuba, radju, televiżjoni u l-internet. Ir-rebbieħ f'kull kategorija jingħata €5 000.
Individwi jew timijiet ta' mhux aktar minn 5 persuni jistgħu japplikaw bi stejjer, artikli jew rapporti. Dawn iridu jkunu ġew ippubblikati jew imxandra bejn l-1 ta' Mejju 2008 u t-31 ta' Marzu 2009 f'waħda mill-lingwi uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea. Kull min japplika jrid ikun ċittadin jew resident ta' pajjiż membru fl-UE u reġistrat bħala ġurnalist.
Is-sottomossjoni ta' xogħolijiet hija miftuħa bejn il-15 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Marzu 2009. Il-premju jingħata f'Ottubru 2009.





















