Selezzjoni ta´films minn Alain Resnais
L-Erbgħa, 4 ta’ Awissu 2010
.
Nhar it 8, 13 u 15 ta' Lulju, l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta b'kollaborazzjoni mal-Ambaxxata Franċiża f'Malta organizzaw wiri ta' films mill'produttur magħruf Alain Resnais. Il-films kienu miftuħa għall-pubbliku inġenerali kienu Mon Oncle d'Amérique, On Connaît la Chanson u Hiroshima Mon Amour. Dokumentarji qosra mill-istess awtur intwerew qabel kull film.
Matul it-tlett iljieli kien hemm attendenza tajba ħafna bis-sala tal-konferenzi f'Dar l-Ewropa tkun dejjem mimlija. Wara kull attivita', dawk li attendew kellhom ukoll l-opportunita' jiddiskutu l-films waqt riċeviment zgħir li sar fit-terrazzin li jaghti fuq il-Port il-Kbir.
.





















