L-Aħħar Aħbarijiet

 .

L-Aħħar Aħbarijiet

 .
 
 .

Aħbarijiet oħra

  • Analiżi - Is-sessjoni plenarja fil-qosor (Brussell, 09-10.05.12)

    It-Tlieta, 8 ta’ Mejju 2012

    Fost l-affarijiet li ser jiġu diskussi f'din is-sessjoni plenarja - l-ewwel waħda f'Mejju - hemm il-mobile roaming, inklużi s-servizzi tad-dejta, kif ukoll għajnuna għall-ajruporti reġjonali.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - Ombudsman Ewropew: “Kuntent li nista’ naqdi ċ-ċittadini”

    Il-Ħamis, 19 ta’ April 2012

    Meta Nikiforos Diamandouros, l-Ombudsman Ewropew, ippreżenta r-rapport annwali tiegħu għall-2010 lill-plenarja fi Strasburgu li saret f’Ottubru 2011, l-MEPs ferħulu għall-ħidma tiegħu iżda ddeploraw l-għadd kbir ta’ ilmenti li qed jiżdiedu kontra l-Kummissjoni. Is-Sur Diamandouros kellimna dwar ir-rwol tiegħu u l-ilmenti li t-tim tiegħu jirċievi.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Analiżi - Is-sessjoni plenarja fil-qosor

    L-Erbgħa, 18 ta’ April 2012

    .

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu speċjali - L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, gwida qasira

    Il-Ħamis, 12 ta’ April 2012

    L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej mistennija ssir realtà mill-1 ta' April 2012. Fi kliem il-President tal-Parlament Martin Schulz, din hija xi ħaġa sabiħa iżda wkoll att serju ħafna ta' demokrazija parteċipattiva diretta b'riżultat ta' żvilupp fuq deċennju għall-ftuħ ta' orizzonti kompletament ġodda għall-Unjoni.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - Martin Schulz: "L-UE għandha bżonn baġit raġonevoli"

    It-Tlieta, 10 ta’ April 2012

    "Il-Parlament Ewropew mhux se jaċċetta inqas flus għall-baġit Ewropew." Dan kien il-kliem li bih il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz fetaħ il-konferenza dwar il-qafas għall-baġit fuq perjodu ta' żmien twil tal-UE għall-2014-2020 fit-22 ta' Marzu. Schulz qal li huwa biss b'baġit raġonevoli li l-Ewropa tista' tagħti spinta t-tkabbir fi żmien ta' awsterità.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - it-tranżazzjonijiet finanzjarji

    It-Tnejn, 2 ta’ April 2012

    Huwa minnu li żewġ terzi tal-Ewropej huma favuriha, imma b’daqshekk dan ma jfissirx li l-idea mhijiex kontroversjali. Il-Kummissarju għat-Tassazzjoni, Algirdas Šemeta, iddefenda l-proposta tal-Kummissjoni għal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni kollha kemm hi quddiem il-Kumitat għall-ekonomija tal-PE fl-20 ta’ Marzu 2012.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Analiżi - Is-sessjoni plenarja (Brussell, 28-29.03.11)

    L-Erbgħa, 28 ta’ Marzu 2012

    F'din is-sessjoni plenarja qasira, li ser issir Brussell, ser jiġu diskussi bosta temi importanti. Bħal dejjem, l-ekonomija u l-finanzi ser jiġu diskussi b'prijorità, b'taħdit dwar il-leġislazzjoni fuq it-transazzjonijiet ta' derivativi u t-transazzjonijiet li jsiru fil-Boroż Ewropej.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - L-inizjattiva "two-pack": inżidu s-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro

    It-Tnejn, 19 ta’ Marzu 2012

    Attwalment il-PE qed jikkunsidra l-hekk imsejħa "two-pack", li hija żewġ proposti biex tiżdied id-dixxiplina finanzjarja fiż-żona tal-euro. Abbozzi ta' rapporti minn żewġ Membri tal-PE jipproponu li dawn jiġu emendati sabiex is-setgħat ta' sorveljanza tal-Kummissjoni jiġu kkontrollati iżjed mill-qrib u l-membri taż-żona tal-euro f'diffikultajiet finanzjarji jkunu jistgħu jitqiegħdu taħt protezzjoni legali bħalma jsir f'każ ta' falliment.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - Strateġija tal-UE kontra d-dijabete

    Il-Ħamis, 15 ta’ Marzu 2012

    Id-dijabete hi l-akbar kawża ta' attaki tal-qalb u għadd ta' mard serju ieħor, u din taffettwa l-ħajja ta' 32 miljun Ewropew. F'Ewropa fejn dejjem aktar jiżdiedu n-numru ta' anzjani, dan in-numru hu mistenni li jikber. B'qatra demm minn saba' tista' toħroġ djanjożi, madankollu l-biċċa l-kbira tan-nies lanqas jafu li għandhom din il-kundizzjoni. Il-Parlament Ewropew qed jitlob għal strateġija tal-UE kontra d-dijabete biex tittejjeb il-prevenzjoni, id-djanjożi u t-trattament.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - Inċident traġiku fl-Isvizzera: Il-Parlament josserva minuta silenzju

    L-Erbgħa, 14 ta’ Marzu 2012

    Ilbieraħ, f'inċident tat-traffiku traġiku, inqatlu 28 ruħ fl-Isvizzera, li minnhom 22 kienu tfal. Il-Parlament Ewropew osserva minuta silenzju għall-vittmi. "Il-ħsibijiet tagħna huma mal-familji tal-vittmi u dawk involuti f'din it-traġedja," qal il-President tal-Parlament Martin Schulz.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu speċjali - Arranġamenti tal-kreditu ipotekarju: il-ħolqien ta’ suq aktar stabbli

    It-Tlieta, 13 ta’ Marzu 2012

    Ix-xiri ta’ dar jew appartament ta’ spiss huwa l-akbar investiment li persuna qatt tista’ tagħmel f'ħajjitha, iżda minkejja dan ħafna nies ma jifhmux bis-sħiħ il-kundizzjoni tal-ipoteki li qegħdin jiffirmaw. Il-kundizzjonijiet ta’ kreditu faċli sal-2008 alimentaw prattiki ta’ self u tislif b’riskju għoli madwar l-UE, li kkontribwixxew b’mod sostanzjali għall-kriżi tad-dejn attwali.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - Dak kollu li dejjem ridt tkun taf dwar l-interpreti fil-PE

    It-Tnejn, 12 ta’ Marzu 2012

    Ilbieraħ kien imiss lit-tradutturi, illum inħarsu lejn il-ħajja ta’ kuljum tal-interpreti u r-rwol tagħhom fit-trasformazzjoni ta’ dibattiti, li jinkludu sa 23 lingwa, f’unità koerenti u komprensibbli. Bħala rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE eletti direttament huwa importanti li l-Membri tal-PE jkunu jistgħu jsegwu l-laqgħat fil-lingwa tagħhom stess u għalhekk ir-rwol tal-interpreti huwa wieħed ta’ importanza vitali.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - Meta t-traduzzjoni tfisser ħafna

    It-Tnejn, 12 ta’ Marzu 2012

    Jekk dak li jitkellmu fir-Repubblika Ellenika qisu Grieg għalik, aħseb ftit fl-eroj mhux rikonoxxuti tal-Parlament Ewropew. Filwaqt li ħafna nies ibatu biex sempliċiment jordnaw birra waqt btala barra minn pajjiżhom, it-tradutturi tal-Parlament jużaw normalment bejn tliet u tmien lingwi kuljum. Huma jiżguraw li dak li hu diġà diffiċli biex jinftiehem ma jsirx impossibbli u li xejn ma jintilef fit-traduzzjoni.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Analiżi - Is-sessjoni plenarja (Strasburgu, 12-15.03.11)

    It-Tnejn, 12 ta’ Marzu 2012

    Waqt din is-sessjoni, l-MEPs ser jivvotaw fuq proposta biex il-wirt transkonfinali isir eħfef, kif ukoll ser jivvotaw fuq linji gwida u proposti biex jitnaqqsu d-differenzi fil-pagi bejn is-sessi. Temi oħra jinkludu l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li sar fl-1 u fit-2 ta' Marzu. Ser jiġu diskussi wkoll il-progress tal-Iżlanda, il-Bosnia u Ħerzegovina, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u Ftehim Internazzjonali dwar il-Kokotina ġdid.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - Bonds biex jitqanqlu fondi ġodda għall-infrastruttura tal-UE

    Il-Ħamis, 8 ta’ Marzu 2012

    Meta l-banek ma jselfux u l-gvernijet ma jonfqux, ipprova oħroġ il-bonds. Dan jista' jkun parir għall-kumpaniji involuti f'proġetti Ewropej ta' infrastruttura fuq medda twila ta' żmien u li qed isibuha bi tqila biex jiksbu l-fondi. Biex il-bonds isiru aktar attrraenti għall-investituri bħal ma huma fondi tal-pensjoni l-UE biħsieba tforni garanziji u self biex tagħmel tajjeb għalihom. L-MEPs qed jiddiskutu t-tnedija tal-ewwel bonds għall-proġetti biex jaraw kif jaħdmu u kif ser jirrispondi s-suq.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu speċjali - ACTA - x'għandek tkun taf

    It-Tnejn, 5 ta’ Marzu 2012

    Mindu ġie propost, il-Ftehim kummerċjali dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni (ACTA) wera kemm huwa kontroversjali. Il-Ftehim huwa maħsub sabiex id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu infurzati b'mod aktar effettiv fil-livell internazzjonali. Ħafna pajjiżi żviluppati jemmnu li l-ekonomiji tagħhom se jsofru ħsara minħabba l-falsifikazzjoni u l-ikkuppjar.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - Din il-ġimgħa fil-PE

    It-Tnejn, 5 ta’ Marzu 2012

    Din il-ġimgħa ser tkun l-aktar iddedikata għax-xogħol tal-gruppi politiċi qabel il-plenarja ta' Marzu fi Strasburgu, għalkemm xi kumitati ser jiltaqgħu wkoll. Nhar il-Ħamis it-8 ta' Marzu ser ikun jum importanti għan-nisa, billi dan hu l-Jum Internazzjonali tan-Nisa. Il-PE ser jiċċelebra dan il-jum b'serje ta' avvenimenti li ser isiru matul il-ġimgħa.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - Vital Moreira dwar l-ACTA "Dak li kien permess se jibqa' permess"

    It-Tnejn, 5 ta’ Marzu 2012

    Wara li l-ġimgħa l-oħra 22 pajjiż tal-UE kif ukoll ir-rappreżentanti tal-UE ffirmaw l-ACTA, Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni, l-interess pubblikju issa qed jitfa' l-attenzjoni tiegħu fuq ir-rwol tal-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew ma jistax ibiddel it-test tal-ftehim, jispjega Vital Moreira, President tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, jista' biss ikun favur tiegħu jew kontra, ma japprovaħx jew jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tivverifikah.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - X'għandek tkun taf dwar l-ACTA

    It-Tnejn, 5 ta’ Marzu 2012

    L-ACTA, li huwa ftehim dwar il-falsifikazzjoni u l-ksur tad-dritt tal-awtur onlajn, s'issa ġie ffirmat minn 30 pajjiż fl-UE u madwar id-dinja, iżda jista' jidħol fis-seħħ biss bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Fix-xhur li ġejjin il-Parlament se jkun jista' jiddeċiedi d-destin tal-ftehim billi jew japprovah jew jiċħdu. Iżda dwar xiex huwa dan kollu? X'għanijiet irid jikseb l-ACTA?

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

  • Artiklu - Il-kuluri tal-kalendarju: xi jfissru?

    It-Tnejn, 20 ta’ Frar 2012

    Daqqa roża, daqqa aħmar, daqqa blu. Il-kalendarju tal-Parlament kollu kuluri. Il-ġimgħat Parlamentarji huma organizzati skont il-kulur, u kull kulur jixhed l-attività partikolari jew metodu ta' xogħol għal dik il-ġimgħa. Per eżempju din il-ġimgħa hi waħda ħadra ċara li turi li l-MEPs ser ikunu qed jaħdmu fil-kostitwenzi tagħhom. Nagħtu ħarsa lejn xi jfissru l-kuluri fil-kalendarju.

    Sors : © Unjoni Ewropea, 2012 - PE

 .