Traineeships fl-Istituzzjonijiet tal-UE
Il-Parlament Ewropew qiegħed joffri traineeships ta' ħames xhur imħallsin lil nies b'diżabilità, bħala miżura ta' azzjoni pożittiva maħsuba biex tgħin u tħaffef l-integrazzjoni ta' nies b'diżabilità fil-post tax-xogħol.
Nicolette Busuttil
Nicolette Busuttil, studenta tal-Liġi ta' 20 sena li tagħmel xogħol volontarju fiċ-ċentri ta' detenzjoni f'Ħal Safi u Ħal Far hija r-rebbieħa minn Malta tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej ta' din is-sena.
Dritt għall-Vot
L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Belt Valletta qed iħeġġeġ lill-Kummissjoni Elettorali biex issib soluzzjoni sodisfaċenti sabiex l-alteti Maltin li mhux se jkunu f'Malta dakinhar tal-Elezzjonijiet Ewropej fis-6 ta' Ġunju 2009 jkunu xorta jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom.
Dritt għall-Vot
L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta illum laqa' b'sudisfazzjon l-istqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar l-intenzjoni tal-Gvern sabiex ċittadini Maltin li mhux se jkunu Malta fis-6 ta' Ġunju li ġej ikunu jistgħu jivvutaw ġimgħa qabel.
Il-Parlament Ewropew illum nieda kampanja ta' komunikazzjoni intiża biex tħeġġeġ lil 375 mijun votant Ewropew jipparteċipa fl-Elezzjonijiet Ewropej li se jsiru fis-27 Stat Membru tal-UE f'Ġunju 2009. L-għażla li ċ-ċittadini Ewropej għandhom quddiemhom huwa l-messaġġ ewlieni tal-kampanja istituzzjonali. Il-Parlament Ewropew, fil-fatt, qed jistaqsi liċ-ċittadini mistoqsijiet bħal: "Kemm għandhom ikunu miftuħa l-fruntieri tagħna? X'tip ta' enerġija rridu? Kif nistgħu nsibu bilanċ bejn il-familja u x-xogħol?" It-tweġibiet, li se jagħtu ċ-ċittadini, jagħmlu emfasi li huma n-nies li se jiddeċiedu liema direzzjoni se tieħu l-Ewropa fis-snin li ġejjin.
FIERA TAL-UE TWASSAL MESSAĠĠ SOĊJALI
L-Ewropa Qrib Tiqgħek
Il-fiera L-Ewropa Qrib Tiegħek, avveniment li ta' kull sena jqarreb l-istituzzjonijiet Ewropej lejn iċ-ċittadini Maltin, infetħet fi Pjazza Ħelsien il-Belt Valletta aktar kmieni illum u se tkun miftuħa sa l-aħħar ta' din il-ġimgħa. Il-fiera se tagħlaq b'dibattitu bejn il-mexxejja tat-tlett partiti politiċi ewlenin, Lawrence Gonzi, Joseph Muscat u Arnold Cassola nhar is-Sibt 24 ta' Jannar fil-11.00 ta' filgħodu.
 .