Avviż legali
Avviż lill-utenti ta' dan is-sit ta' l-Internet
L-Informazzjoni li tinsab f'dan is-sit hija l-oġġett ta' politika speċifika ta' :
- protezzjoni tad-'data' personali,
- ta' regolament rigward id-dritt ta' l-awtur
- u ta' limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew.
Il-konsultazzjoni jew l-użu ta' dan is-sit ta' l-Internet fi kwalunkwe lingwa timplika l-aċċettazzjoni sħiħa tal-kundizzjonijiet ġenerali msemmija hawn taħt.
Protezzjoni tad-'data' personali
Il-Parlament Ewropew jagħti ħafna importanza lir-rispett tal-ħajja privata ta' l-individwi. Il-politika dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-'data' personali mill-istituzzjonijiet u mill-organi Komunitarji hija bbażata għalhekk fuq ir- Regolament (KE) Nru. 45/2001 Regolament (KE) Nru. 45/2001
B' 'data' personali għandha tinftiehem kull informazzjoni rigward persuna fiżika identifikata jew li tista' tiġi identifikata; hija meqjusa bħala identifikabbli persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikulari permezz ta' numru ta' identità jew element speċifiku wieħed jew iktar marbuta ma' l-identità tagħha (ara Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru. 45/2001). Fil-prinċipju, l-aċċess għall-informazzjoni disponibbli fis-sit jew permezz tas-sit tal-Parlament Ewropew jseħħ mingħajr il-bżonn li tiġi fornita 'data' personali. Madankollu, sabiex jinkisbu servizzi online bħal pereżempju talba għal żjara lill-Parlament Ewropew, tressiq ta' petizzjoni, mistoqsija indirizzata lill-posta taċ-ċittadin, eċċ., huwa possibbli li tintalab informazzjoni personali, pereżempju d-dettalji personali (isem, professjoni, indirizz postali, indirizz ta' l-email, nazzjonalità, numru tat-telefown) meta tkun qed timtela formola. Il-persuna responsabbli mill-ipproċessar tad-'data' miżmuma tidher fir-reġistru għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Dan ir-reġistru huwa ġestit mill-persuna inkarigata mill-protezzjoni tad-'data'.
F'dan ir-rigward:
- Il-Parlament Ewropew jiġbor biss informazzjoni personali meta dan ikun neċessarju sabiex jintlaħaq skop preċiż u ddeterminata mill-persuna responsabbli għall-ipproċessar għal kull servizz online. L-informazzjoni ma terġax tiġi użata għal skop li huwa inkompatibbli ma' dan ta' hawn fuq.
- Il-Parlament Ewropew ma jqassamx informazzjoni lil persuni terzi ħlief jekk dan ikun neċessarju sabiex jintlaħqu l-iskopijiet indikati u biss lill-kategoriji ta' destinatarji msemmija. Il-Parlament Ewropew ma jqassamx id-'data' personali tagħkom għal skopijiet ta' studju dirett. Il-Parlament Ewropew jintrabat ukoll li jieħu l-miżuri ta' sigurtà adegwati sabiex persuni terzi ma jkunux jistgħu jużaw din id-'data' b'mod abbużiv.
- Id-'data' ma tistax tinżamm ħlief għal dewmien li ma jmurx oltre n-neċessarju sabiex jintlaħqu l-iskopijiet li għalihom tkun ġiet miġbura.
- Din id-'data' tista' tinżamm ulterjorment għal skopijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi, mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni oħra tar-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000.
- Kull persuna kkonċernata għandha d-dritt għall-aċċess u għat-tibdil tad-'data' tagħha. Hija tista' wkoll titlob li jiġi protett l-ipproċessar tad-'data' tagħha f'ċerti ċirkostanzi kif ukoll li din id-'data' titħassar jekk hija tqis li din tkun ġiet ipproċessata illegalment. Fl-aħħarnett, hija tista' topponi li tiġi pproċessata d-'data' tagħha għal raġunijiet importanti.
- Sabiex teżerċita d-drittijiet tiegħek jew tikseb xi informazzjoni ulterjuri, tista' tindirizza ruħek direttament lir-responsabbli għall-ipproċessar tad-'data'.
- Inti tista' wkoll tikkonsulta l-persuna inkarigata mill-protezzjoni tad-'data' li, f'kull istituzzjoni Komunitarja, tara li l-ipproċessar ma jipperikolax id-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati, sabiex tikseb parir dwar l-operazzjonijiet ta' ipproċessar li jikkonċernawk jew li saru minnek.
- Jekk inti tqis li d-drittijiet tiegħek ġew miksura minħabba pproċessar tad-'data' personali, tista' tippreżenta ilment lill-kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-'data', li huwa l-awtorità indipendenti ta' kontroll. Id-deċiżjonijiet tal-kontrollur jistgħu jkunu l-oġġett ta' rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
- Is-sit ta' l-Internet tal-Parlament Ewropew kultant iforni links għal siti oħra ta' l-Internet. Peress li l-Parlament Ewoprew ma jikkontrollax dawn ta' l-aħħar, nitednuk sabiex tivverifika l-politika tagħhom fir-rigward tar-rispett tal-ħajja privata.
- Sabiex issir taf iktar, tista' tikkonsulta t-taqsima ddedikata lill-protezzjoni tad-'data' personali kif ukoll il- gwida tagħha.
Dritt ta' l-awtur
l-kontenut ta' dan is-sit ta' l-Internet fih 'data' testwali u elementi multimedjali bħal pereżempju testi, tpinġijiet, grafiċi, lowgos, ikoni, immaġni, estratti awdjo u vidjom ritratti, programmi u t-teknoloġija deskritta protetti mir-regolamenti tal-liġi internazzjonali applikabbli fil-qasam tad-drittijiet ta' awtur.
Din id-'data' testwali u dawn l-elementi multimedjali huma l-proprjetà esklussiva rispettivament tal-Parlament Ewropew u/jew ta' l-awturi u l-persuni li għandhom drittijiet fuqhom. It-titulari tad-dritt ta' awtur jaċċettaw li ma jidhrux isimhom jew kwalunkwe indikazzjoni oħra dwar l-elementi li huma jfornu lil dan is-sit ta' l-Internet.
L-utent jintrabat li jirrispetta d-dritt ta' l-awtur tal-Parlament Ewropew u ta' persuni terzi mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-eċċezzjonijiet previsti minn dispożizzjonijiet imperattivi oħra.
Ir-riproduzzjoni tad-'data' testwali u ta' l-elementi multimedjali tappartjeni lill-Parlament Ewropew (© European Parliament, année) kif ukoll dawk li jappartjenu lil persuni terzi (© Source externe, année) u li għalihom il-Parlament Ewropew għandu d-drittijiet għall-użu hija biss permessa għal skopijiet mhux kummerċjali fir-rispett ta' l-integrità ta' l-elementi riprodotti, u għandu jissemma s-sors. Madankollu, ir-riproduzzjoni ta' ċerta 'data' tista' tkun soġġetta għal kundizzjonijiet differenti ; f'dan il-każ, id-'data' ssemmi b'mod preċiż il-kundizzjonijiet.
L-utent jintrabat li ma jnaqqas jew jimmodifika l-ebda preċiżjoni bħal din ta' riżerva li tindika l-awtur jew is-sors u li ma jdurx mad-dispożizzjonijiet tekniċi ta' protezzjoni tad-dokumenti u ta' l-elementi multimedjali, bħar-restrizzjonijiet fuq l-istampar jew it-tniżżil mill-Internet u l-immarkar viżibbli jew inviżibbli. Kull ksur jista' jwassal għal tfittix ċivili u penali.
F'każ ta' dubju dwar l-identità tad-detenturi msemmija jew dwar il-kundizzjonijiet ta' użu ta' element partikulari, tista' titressaq talba għal informazzjoni lill-webmaster.
Minkejja riċerki fil-fond, huwa possibbli li l-Parlament Ewropew ma setax jidentifika ċerti awturi jew persuni li jkollhom dritt fuq dokumenti li jidhru fis-sit ta' l-Internet. Jekk inti wieħed minn dawn it-titolari, jew jekk inti identifikajtu, jew f'każ ta' żball min-naħa tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-webmaster.
Disclaimer
The European Parliament maintains this website to enhance public access to information about the institution and its activities.
Our goal is to keep this information as complete, accurate and up to date as possible. If errors are brought to its attention, the European Parliament will take all possible steps to make any necessary corrections without delay. It can be held liable only for damage which may arise from its errors, under the conditions provided for in the last paragraph below.
The information published on this site is of a general nature only and has not been designed to meet any individual needs. It therefore does not constitute professional or legal advice (if you need specific advice, we suggest you consult a suitably qualified professional).
Certain information, including the interpretation of speeches, and the documents available on or via this site can be considered neither as an authentic reproduction of the official texts nor as a faithful verbatim report of parliamentary debates. Only the official texts published in the Official Journal of the European Union may be considered authentic. Where there are differences between the electronic version and the printed text, only the official printed text published in the Official Journal of the European Union is authentic. Likewise, only the original text of the speech or its revised translation is authentic.
The European Parliament cannot be held liable for direct or indirect damage which may result from use of this site. We take all possible steps to minimise disruption caused by technical errors. Some data or information on this site may have been created or structured in files or formats that are not error-free. We cannot in such cases guarantee that our service will not be interrupted or otherwise affected by such problems. The European Parliament accepts no responsibility in case of defective transmission of data due to the various networks of the internet or to incompatibilities due to the user's web browser.
The European Parliament cannot guarantee that information from external sources contained on this site is reliable or up to date. The information on this site may link to external sites over which the European Parliament's services have no control and for which the European Parliament can accept no responsibility.
This disclaimer is not intended to limit the liability of the European Parliament arising from Article 288 of the Treaty.


















